Kenwood TS-2000 User Manual - Page 62
AvviŻi GĦall´utent, Prekawzjonijiet
![]() |
View all Kenwood TS-2000 manuals
Add to My Manuals
Save this manual to your list of manuals |
Page 62 highlights
AVVIŻI GĦALL-UTENT Drittijiet tal-awtur tal-Firmware It-titlu għal u l-proprjetà tad-drittijiet tal-awtur għall-firmware inkluż fil-memorji tal-prodott KENWOOD huma riservati għal JVC KENWOOD Corporation. Informazzjoni dwar ir-Rimi ta' Tagħmir Elettriku u Elettroniku u Batteriji Qodma (applikabbli għall-pajjiżi li adottaw sistemi ta' ġbir tal-iskart separat) Prodotti u batteriji bis-simbolu (tank tal-iskart bir-roti maqtugħa) ma jistgħux jintremew bħala skart domestiku. Tagħmir elettriku u elettroniku u batteriji qodma għandhom jiġu riċiklati f'faċilità adattata għal ġestjoni ta' dawn il-prodotti u l-iskart iġġenerat minnhom. Agħmel kuntatt mal-awtorità lokali għad-dettalji biex tidentifika l-eqreb faċilità ta' riċiklaġġ għalik. Riċiklaġġ u rimi tal-iskart kif suppost se jgħin fil-konservazzjoni tar-riżorsi filwaqt li jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa u l-ambjent tagħna. PREKAWZJONIJIET Jekk jogħġbok osserva dawn il-prekawzjonijiet biex tevita nar, li tweġġa' jew li tagħmel ħsara lit-transceiver: • Qabbad it-transceiver biss ma' sors tad-dawl kif deskritt f'dan il-manwal jew kif immarkat fuq it-transceiver innifsu. • Għaddi l-kejbils tad-dawl b'mod sigur. Kun ċert li l-kejbils tad-dawl ma jistgħux jintrifsu jew jinqarsu b'affarijiet li jitpoġġew qrib jew mal- kejbils. Oqgħod attent b'mod partikolari għal postijiet qrib AC receptacles, AC outlet strips, u punti tad-dħul fit- transceiver. • Attent li ma twaqqax xi oġġetti jew tferrex xi likwidu fit-transceiver mill-fetħiet tiegħu. Oġġetti tal-metall, bħal labar tax-xagħar jew labar ieħor, li jiddaħħlu fit- transceiver jistgħu jirriżultaw f'vultaġġ u f'xokkijiet elettriċi serji. Qatt tħalli t-tfal idaħħlu xi oġġetti fit-transceiver. • Tippruvax tegħleb il-metodi użati għall-grawnding u l-polarizzazzjoni elettrika fit- transceiver, b'mod partikolari fejn tidħol il-kejbil tad- dawl. • Ara li l-antennas ta' barra jkunu grounded sew għal dan it- transceiver bl-użu ta' metodi approvati. Il-grawnding jgħin jipproteġi ż-żidiet fil-vultaġġ f'daqqa kkawżati mis-sajjetti. Jgħin ukoll biex jitnaqqas iċ-ċans ta' żieda fl-istatic charge. EŻEMPJU TAL-GRAWNDING TAL-ANTENNA GROUND CLAMP ĦADID TAL-ANTENNA FIL-WAJER TAGĦMIR TAS-SERVIZZ ELETTRIKU APPARAT TA' DISCHARGE TAL-ANTENNA KONDUTTURI TAL-GRAWNDING GROUND CLAMPS POWER SERVICE GROUNDING ELECTRODE SYSTEM • Id-distanza rakkomandata minima għal antenna ta' fuq barra mid-dawl hija ta' darba u nofs it-tul vertikali tal-istruttura assoċjata li fuqha hi appoġġjata l-antenna. Id-distanza tippermetti spazju neċessarju mill-wajers tad-dawl f'każ li l-istruttura ta' sapport iċċedi għal xi raġuni. • Poġġi t-transceiver f'post li ma jinterferixxix mal-ventilazzjoni tiegħu. Tpoġġix kotba jew tagħmir ieħor fuq it-transceiver li jista' jimpedixxi l-moviment ħieles tal-arja. Ħalli minimu ta' 10 ċm bejn in-naħa ta' wara tat-transceiver u l-ħajt jew l-ixkaffa fejn tqiegħed. • Tużax it-transceiver ħdejn l-ilma jew sorsi ta' umdità. Per eżempju, evita l-użu ħdejn banju, sink, pixxina jew f'xi basement jew saqaf umdu. • Il-preżenza ta' riħa mhux tas-soltu jew duħħan ġeneralment huma sinjal ta' periklu. Itfi l-apparat immedjatament u neħħi l-kejbil taddawl. Agħmel kuntatt ma' rappreżentant tas-servizz ta' KENWOOD jew il-post minn fejn xtrajt l-apparat għal parir. • Poġġi t-transceiver 'il bogħod minn sorsi ta' sħana, bħar-radiator, fran, amplifier jew tagħmir ieħor li jipproduċu ammonti kbar ta' sħana. • Tużax solvents volatili bħal alkoħol, likwidu li jraqqaq iż-żebgħa, diesel jew petrol biex tnaqqaf il-kabinett tat- transceiver. Uża biss biċċa nadifa b'ilma sħin jew deterġent mhux qawwi. • Neħħi l-kejbil tad-dawl mis-sors tad-dawl meta ma tkunx se tuża t-transceiver għal perjodu twil ta' ħin. • Neħħi l-enclosure tat-transceiver biss tinstalla xi aċċessorji kif deskritt f'dan il-manwal jew fil-manwali tal-aċċessorji. Segwi l-istruzzjonijiet provduti b'attenzjoni, biex tevita xokkijiet elettriċi. Jekk m'intix familjari ma' dan it-tip ta' xogħol, fittex assistenza minn individwu b'esperjenza, jew ara li teknixin professjonali jagħmel dan ix-xogħol. 1 < HF_NOTICE >
![](/manual_guide/products/kenwood-ts2000-user-manual-54011c0/62.png)